Mill-Awtopsja Rriżulta Li Ma Kienx Hemm Sinjali Ta’ Vjolenza Fuqu
![Mill-Awtopsja Rriżulta Li Ma Kienx Hemm Sinjali Ta’ Vjolenza Fuqu](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/08/karl.jpg)
Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija ntqal li aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq ir-raġel ta’ 43 sena li nstab mejjet f’appartament fis-Swieqi lbieraħ wara nofsinhar.
Mill-awtopsja rriżulta li l-kadavru ma kellux sinjali ta’ vjolenza fuqu jew sinjali li seta’ ddefenda lilu nnifsu minn xi aggressjoni. Jirriżulta li l-vittma miet kawża ta’ cardio respiratory failure.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin