Mill-Awtopsja Rriżulta Li Ma Kienx Hemm Sinjali Ta’ Vjolenza Fuqu

 Mill-Awtopsja Rriżulta Li Ma Kienx Hemm Sinjali Ta’ Vjolenza Fuqu

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija ntqal li aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq ir-raġel ta’ 43 sena li nstab mejjet f’appartament fis-Swieqi lbieraħ wara nofsinhar.

Mill-awtopsja rriżulta li l-kadavru ma kellux sinjali ta’ vjolenza fuqu jew sinjali li seta’ ddefenda lilu nnifsu minn xi aggressjoni. Jirriżulta li l-vittma miet kawża ta’ cardio respiratory failure.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com