Mosta Tour – Ktejjeb Għat-Turisti B’Ħames Lingwi

 Mosta Tour – Ktejjeb Għat-Turisti B’Ħames Lingwi

Ilbieraħ ġie ppreżentat il-ktieb Mosta Tour bil-għan li jilħaq lit-turist li jżur il-Belt Turistika tal-Mosta. Dan sar fuq inizjattiva tal-Mosta Rotunda Foundation fi ħdan il-Parroċċa, bis-sapport tal-Kunsill Reġjonali Tramuntana.

F’dan il-ktejjeb b’ħames lingwi, jagħti gwida b’esperjenza lill-viżitatur fuq diversi mkejjen storiċi u kulturali fil-Mosta fosthom il-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza, il-ġnien tal-Għarusa tal-Mosta, id-Dolmen, il-Kappella ta’ Santa Margerita, waqfa fuq Wied l-Isperanza, ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone u postijiet oħra bħala dawn.

Matul dan il-vjaġġ għat-tursiti, se jingħata dan il-ktejjeb full colour, b’informazzjoni fuq dawn il-postijiet. B’kollox ġew stampati mal-5000 ktieb.

“Huwa fid-dmirna bħala Reġjun Tramuntana li nkunu ta’ spalla għal-lokalitajiet tagħna biex ngħinuhom isostnu l-identità kulturali li nsibu fid-9 lokalitajiet li jiffurmaw dan ir-Reġjun. Kommessi li nkomplu ngħinu bid-diversi modi possibbli biex nagħtu ġieh lill-wirt li sawwarna”, qal il-President Clifford Galea Vella.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com