Raġel Il-Qorti, Wara L-Isparatura Fil-Limiti Tar-Rabat

 Raġel Il-Qorti, Wara L-Isparatura Fil-Limiti Tar-Rabat

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri flimkien mad-Distrett tar-Rabat, wasslu biex fl-aħħar sigħat ġiet identifikata l-persuna li allegatament sparat tir lejn raġel fl-akwati ta’ Wied Ħażrum, fil-limiti tas-Simblija, ir-Rabat.

L-allegat aggressur, li għandu 73 sena, kien arrestat tard ilbieraħ filgħaxija. Huwa ttieħed il-lock up tal-Pulizija, fejn ġie nterrogat, waqt li ssoktaw l-investigazzjonijiet.

Intant, il-kundizzjoni tal-vittma, r-raġel ta’ 49 sena issa hija waħda stabbli u nħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

B’rabta ma’ dan il-każ għaddejja Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Nadine Lia,
waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ir-raġel ta’ 73 sena mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D., b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com