Raġel Isofri Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku
Illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn lassistenza fix-Xatt ta’ Qui-Si-Sana, Tas-Sliema.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 47 sena li jgħix is-Siġġiewi kien qed isuq mutur Suzuki, tilef il-kontroll u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.