Raġel Jitlef Ħajtu Fil-Fgura
Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart , il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Ġojjin, il-Fgura.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 59 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar 3 sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tikħil fir-residenza tiegħu.
Issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara, fuq ilpost.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.