Raġel Ta’ 66 Sena Ntlaqat Minn Karozza F’San Ġwann
Dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Oreste Kirkop, San Ġwann.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 66 sena residenti San Ġwann intlaqat minn karozza tal-għamla Chevrolet misjuqa minn mara ta’ 71 sena residenti l-Gżira.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.