Tilef Il-Kontroll Waqt Li Kien Qed Isuq E-Kick Scooter U Daħal Ġol-Ħajt

 Tilef Il-Kontroll Waqt Li Kien Qed Isuq E-Kick Scooter U Daħal Ġol-Ħajt

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari jidher li Serb ta’ 20 sena kien qed isuq e-kick scooter, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com