BħaI-Lum Il-Professur Malti Edward De Bono Kien Ippubblika L-Ktieb Dwar Ħsieb Laterali

Kien bħal-lum 14 ta’ Settembru tal-1967 meta l-Professur Edward de Bono ppubblika l-ktieb tiegħu The Use of Lateral Thinking, dwar l-użu tal-ħsieb laterali li kull wieħed u kull waħda minnha għandu.
Il-ħsieb laterali huwa l-parti tal-ħsieb li kull bniedem jista’ juża u fil-fatt ma jużax. Dan il-ktieb kien l-ewwel wieħed minn bosta li de Bono kellu jippubblika maż-żmien.
Edward de Bono huwa magħruf mad-dinja kollha bħala l-espert f’dan il-qasam.