Bil-Filmat: Tinfetaħ Waħedha L-Gate F’Balmoral 5 Minuti Wara Li Mietet Ir-Reġina
Fuq tiktok ittella’ filmat juri l-gate tal-Kastell Balmoral tinfetaħ waħedha tant li l-għassiesa ħasbu li ħiereġ xi ħadd. F’ħin minnhom, wieħed mill-għassiesa jagħmel pass lura biex jara hux ġej xi ħadd.
Spekulaturi jsaqsu: Tgħid kienet ir-ruħ tar-Reġina? Dan ġara eżatt 5 minuti wara li mietet ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni.