Delegazzjoni Tal-Gvern Ċiniż Miċħuda Milli Jidħlu Fejn It-Tebut Tar-Reġina Eliżabetta II

 Delegazzjoni Tal-Gvern Ċiniż Miċħuda Milli Jidħlu Fejn It-Tebut Tar-Reġina Eliżabetta II

Delegazzjoni tal-Gvern Ċiniż ġiet miċħuda milli jidħlu ħdejn it-tebut tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni.

Dan ġie kkonfermat mill-ispeaker tal-House of Commons Sir Lindsay Hoyle. It-tebut tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni se jkun espost għall-pubbliku sa nhar it-Tnejn li ġej meta mbagħad isir il-funeral.

jidher li s-sena l-oħra, iċ-Ċina imponiet rifjut ta’ vjaġġar fuq 9 Ingliżi kif ukoll iffriżar tal-assi tagħhom. Minnhom kien hemm 7 membri parlamentari. Dan wara li akkużaw lil Beijing fuq trattament ħażin ta’ Musulmani.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com