Festa Qargħasel Fil-Pjazza Tal-Mosta

 Festa Qargħasel Fil-Pjazza Tal-Mosta

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta bħala parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Mosta nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru li ġej, se jtella’ l-Festival Annwali Festa Qargħasel fil-pjazza tal-Mosta.

Ir-rabta bejn il-Mosta u dawn iż-żewġ prodotti agrikoli tmur lura fiż-żmien u għalhekk il-kunsill ħass li għandu jibbaża dan il-Festival fuq dawn il-prodotti.

Matul din is-serata wieħed jiltaqa’ ma’ diversi stands ta’ ikel, xorb, stands informattivi dwar il-produzzjoni tal-għasel, horse riding, water games u spettaklu fuq il-palk b’taħlita ta’ kantanti u artisti żgħażagħ u stabbiliti.

Fost l-artisti mistiedna nsibu lil Joe id-Dulli u Veronica Farrugia, il-kantanti Shaznay Mangion, Gaia Gambuzzo u Kelly Marie.

L-attrazzjoni prinċipali se tkun il-band Għawdxija KANTERA li se joffru kunċert ta’ sagħtejn. Attrazzjoni oħra li mhux ta’ min jitlef se tkun żjara madwar il-Bażilika tal-Mosta li se tkun miftuħa għall-viżitaturi matul il-lejla kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com