Fortune Calafato B’Qabda Ta’ 6 Kilo Ħut F’Żewġ Sajdiet

Ilbieraħ fix-Xagħra kompla l-KSFA Singles Leaugue bit tieni sajda. Fortune Calafato rega’ kiseb l-ewwel post b’ mod mistħoqq. Wara t-2.5 kilo ta’ ħut maqbud fl-Ewwel Ġurnata fil-Qawra, Fortune reġa’ ħareġ rebbieħ b’qabda eċċellenti ta’ 3.1 kg,u dan grazzi għal kwantità konsiderevoli ta’ mulett żgħir (bobin) minbarra taħlita impressjonanti ta’ ħut tal-qiegħ. Fit-tieni post ġie Sandro Cohen b’piż ta’ 2.1 kg, bit-3 u l-aħħar post imur għand Ray Farrugia b’piż ieħor deċenti ta’ 1.8 kilo.
Is-Sajda li jmiss hija s-‘Singles Match 3′ fil-21 ta’ Settembru 2022 .