Ħaddiem Isofri Minn Ġrieħi Gravi F’Għawdex Waqt Li Kien Qed Juża Wall Chaser

Illum, il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar kien seħħ inċident ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Triq Bentrija, ix-Xagħra.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 31 sena, residenti x-Xewkija weġġa’ waqt li kien qed juża wall chaser.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.