Here We Impress – Ħanut Ġdid Tad-Dwiefer Minn Toyah
Toyah hija tfajla bi stil. Vivaċi u ma taqta’ qalbha minn xejn. Kellimnieha u qaltilna hekk.
“Mill-età ta’ tlettax il-sena bdejt l-ewwel course tad-dwiefer għax minn dejjem kien bħala passatemp iżda qatt ma ħsibt li se jkun xogħol. Fil-fatt dejjem immirajt li nsir bankiera u komplejt l-istudji tiegħi fuq Marketing. Meta ġietni l-opportunità li naħdem il-bank bhala “summer job” wara li lestejt l-eżamijiet indunajt li ma kinitx il-linja tiegħi u minn hemm iddeċidejt li nieħu aktar bis-serjetà dak li vera kont nħobb.
Id-deċiżjoni ma kinitx faċli għax mill-eżamijiet tal-iskola kont għaddejt però l-arti dejjem kienet xi ħaġa għal qalbi. Komplejt nistudja u għadni sal-lum il-ġurnata navvanza f’xogħli bil-courses li nattendi anke barra minn Malta. L-aħħar eżami li għamilt kien fl-Estonja fejn ingħatajt il-permess biex ngħallem, li fil-fhema tiegħi huwa it-tieni xogħol li jtini bosta sodisfazzjon.
Illum il-ġurnata kburija ngħid li wara ħafna xogħol u sagrifiċċji wasalt fejn dejjem ħlomt. Il-klijenti u l-ħaddiema huma parti essenzjali minn din it-triq, b’hekk nista’ ngħid li dejjem żammejthom viċin tiegħi u nqishom daqs l-aqwa ħbieb.
Xogħol mill-qalb u umiltà huma l-ingredjenti tal-progress tiegħi.”
Awguri Toyah għall-ħanut il-ġdid li fetħet fin-Naxxar: Nail Impress by Toyah.