Iffirmat Ftehim Biex Jinfetaħ Is-Seba’ Ċentru Tal-Università Tat-Tielet Età

 Iffirmat Ftehim Biex Jinfetaħ Is-Seba’ Ċentru Tal-Università Tat-Tielet Età

Ilbieraħ ġie ffirmat ftehim bejn l-Università ta’ Malta u l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva li jippermetti lill-Università tat-tielet età li tiftaħ is-seba’ ċentru ta’ tagħlim fil-Ħamrun.

Dan il-kors ser ikun qed jgħin nies tat-tielet eta biex jirritornaw lura fuq il-bankijiet tal-istudji biex ikomplu jiżviluppaw fl-istudji tagħhom.

Ir-Rettur tal-Universita Prof. Alfred Vella spjega l-importanza ta’ dawn il-korsijiet u saħaq li b’dawn il-korsjiet se jkunu qed jiġu mgħejjuna nies li forsi għalkemm laħqu ċerta età u ma jkunux jistgħu jaħdmu xoghol tal-idejn jew delizji fiżiċi oħra, imma permezz ta’ dawn il-korsijiet wieħed jista’ jżomm il-moħħ attiv u jgħinu jikber fit-tagħlim tiegħu.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela spjega li din hi opportunità ta’ tagħlim fejn il-pubbliku huwa offrut għażla vasta ta’ studju li jvarja minn arkeoloġija sa ġeoloġija, apprezzament tal-mużika u films li jmorru lura għas-snin 50, kriminoloġija, bioetika, antropoloġija, arti u storja u ħafna u ħafna iżjed.

Il-Ministru Abela saħaq li korsijiet bħal dawn jgħinu lill-anzjani tagħna jkomplu jinvolvu ruħhom fil-komunità li mhux biss f’dawn il-korsijiet ser jkunu qed jikbru fit-tagħlim tagħhom u jiżviluppaw l-abbilitajiet tagħhom imma permezz ta’ dan it-tiġdid tal-ftehim mal-Università ta’ Malta, ħa jkunu wkoll qed jissoċjalizzaw u jibqgħu attivi mentalment. Dan ser jgħinhom ukoll ikissru s-solitudni li sfortunatament xi kultant jkunu jinsabu fiha.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com