Il-Funeral tar-Reġina Għad-19 Ta’ Settembru

Il-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta II se jkun qed isir fid-19 ta’ Settembru f’Westminster Abbey fil-11am (ħin Ingliż, f’nofsinhar ħin ta’ Malta)
Il-Knisja storika hi dik fejn ir-rejiet u l-irġejjen ġew inkurunati, u kif ukoll fejn ir-Reġina Eliżabetta II żżewġet lill-Prinċep Filippu fl-1947.
Kapijiet ta’ Stat minn madwar id-dinja se jkunu qed jiġu mistednin biex jingħaqdu mal-Familja Rjali biex ifakkru l-memorja u s-servizz li tat tul ħajjitha r-Reġina.
Intant. ir-Re Karlu III approva li l-jum tad-19 ta’ Settembru, tkun vaganza fir-Renju Unit