Il-Kampanja ‘Ngħidu Le Għall-Puplesija’

 Il-Kampanja ‘Ngħidu Le Għall-Puplesija’

Wara s-suċċess fl-ewwel ġranet tal-kampanja ‘Ngħidu le għall-puplesija’, il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva flimkien mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ser ikomplu din il-kampanja f’aktar lokalitajiet sabiex aktar anzjani jiċċekjaw saħħithom. Waqt din il-kampanja, l-anzjani ser jkunu jistgħu jagħmlu testijiet mediċi bla ħlas. Dawn it-testijiet jinkludu wkoll testjar taz-zokkor u tal-pressjoni, li huma indikaturi għal riskju ta’ puplesija. Ser ikun hemm tobba biex, jekk jkun hemm il-ħtieġa, min jinstab li għandu bżonn aktar testijiet jintbgħat għal aktar investigazzjonijiet.

Din il-kampanja tgħin u tinkorraġixxi l-anzjani jgħixu ħajja aktar b’saħħitha, u b’hekk itejbu l-kwalità ta’ ħajja taghħom.

Wara li saret fl-inħawi ta’ madwar in-Naxxar/Għargħur u tas-Sliema, din il-kampanja se tkompli fil-lokalitajiet kif elenkat hawnhekk:

* Fit-28 u 29 ta’ Ottubru fi Dar il-Fjuri, Rabat Għawdex u f’Dar Padova, Għajnsielem għall-anzjani Għawdxin kollha;

* Fl-4 u 5 ta’ Novembru:

o fid-dar tal-anzjani ġewwa l-Mellieħa għall-anzjani li joqgħodu l-Mellieħa, Mġarr u San Pawl il-Baħar.

o fid-dar tal-anzjani ġewwa l-Imtarfa għall-anzjani li joqgħodu l-Imtarfa, Rabat, Siġġiewi, Ħaż Żebbuġ, Qormi, Mdina, Dingli, Attard, Mosta, St Venera u Ħamrun.

* Fil-11 u 12 ta’ Novembru:

o fid-dar tal-anzjani Dar l-Annunzjata, Tarxien għall-anzjani li joqgħodu ż-Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, Kirkop, Marsa, Luqa, Gudja, Għaxaq, Tarxien, Fgura, Santa Luċija, Valletta, Furjana u Pieta’.

o fid-dar tal-anzjani St. Thomas Community Living, Marsaskala għall-anzjani li joqgħodu Raħal Ġdid, Żabbar, Marsaskala, Xgħajra, Bormla, Isla, Birgu, Kalkara, Marsaxlokk, Birżebbuġa u Żejtun.

Il-ħin li fih isiru dawn it-testijiet huwa bejn it-8 ta’ filgħodu u l-4 ta’ wara nofsinhar.

Nappellaw lill-anzjani biex jattendu fil-postijiet imsemmija skond il-lokalita’ fejn jgħixu u fil-ġurnata indikata skond id-dettalji maħruġa. Dawk li għandhom kunjomhom jibda mill-ittra A sa l-ittra G għandhom jattendu fl-ewwel ġurnata indikata għall-lokalità tagħhom. Filwaqt li l-kumplament (mill-ittra H sa l-ittra Z) għandhom jattendu fit-tieni ġurnata indikata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com