“Il-Partit Nazzjonalista L-Aħħar Li Jista’ Jitkellem Dwar L-Enerġija” – Il-PL
“Dwar is-settur tal-enerġija l-Partit Nazzjonalista m’għandux kredibbilta.” Hekk qalet stqarrija mill-Partit Laburista fejn saħqet li qabel xejn qed jitkellem u jgħid li se jmur il-Qorti dwar sistema tal-kontijiet b’avviż legali li kiteb u implimenta hu meta kien fil-gvern fl-2009.
Kompliet tgħid li se jkun dan il-gvern li kif imwiegħed fil-budget se jibdel dan bir-riżultati ta’ din il-bidla jkunu impliminetati b’effett mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena.
“Il-kelliema li qed jitkellmu f’isem il-Partit Nazzjonalista sal-lum stess, huma l-istess kelliema li ddefendew il-politika tal-prezzijiet għoljin tal-Partit Nazzjonalista. Qegħdin on record jiddefendu l-politika tal-piżijiet fuq in-nies tal-aħħar Gvern Nazzjonalista.
Għall-Partit Nazzjonalista, din il- politika għadha tgħodd sal-lum għax il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ukoll qed on record jgħid li l-prezzijiet għandhom jinbidlu mal-prezz internazzjonali taż-żejt.
Il-Maltin jafu li dan il-gvern mhux biss raħħas il-kontijiet minn kif kienu fi żmien il-PN, iżda implimenta politika li ħalliet stabbilta f’mument fejn il-familji fil-pajjiżi oħra Ewropej tgħabbew bil-prezzijiet tal-fuel u l-elettriku rekord. Dan b’investiment ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro. Kieku ma sarx dan l-investiment il-familji qed iħallsu mal-€1,700 iktar fi spiża fuq enerġija fis-sena.”