Il-Prim Ministru Robert Abela Fi New York Għas-77 Sessjoni Tal-Assemblea Ġenerali Tan-Nazzjonijiet Magħquda

 Il-Prim Ministru Robert Abela Fi New York Għas-77 Sessjoni Tal-Assemblea Ġenerali Tan-Nazzjonijiet Magħquda

l-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi New York, fl-Istati Uniti, fejn se jkun qed jipparteċipa fis-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Bit-tema “A watershed moment: transformative solutions to interlocking challenges”, l-Assemblea Ġenerali se tiffoka l-aktar fuq ir-realtajiet li ġabu magħhom il-kunflitt fl-Ukrajna, il-pandemija, u t-tibdil fil-klima. L-isfidi umanitarji, l-edukazzjoni, id-drittijiet tal-minoritajiet, u l-ekonomija globali f’dawn iċ-ċirkostanzi huma wkoll temi li se jkunu diskussi.

Fi New York, il-prim ministru se jkollu wkoll sensiela ta’ laqgħat bilaterali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com