Illejla Fil-Pjazza Ta’ Buġibba Se Jittella’ The Malta International Folk Festival

Illejla ser jittella’ The Malta International Folk Festival fil-pjazza ta’ Buġibba mis-19.00 ‘il quddiem. Dan ħabbru s-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Alfred Grima fuq il-midja soċjali tiegħu.
Din l-attività qed tittella’ mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar b’kollaborazzjoni mar-Reġjun Tramuntana.
Bosta gruppi tal-folkor internazzjonali ser jagħtu l-wirjiet tagħhom. Dawn il-gruppi ġejjin mill-Bulgarija, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, Spanja u mis-Serbja.
Segwi l-poster uffiċjali biex tara fejn imiss.