Illum Se Titwettaq Wegħda Elettorali Oħra; Biex Persuna Tkun Tista’ Tagħti D-Demm Se Jkun Hemm Paramteri Ugwali Għal Kulħadd
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar fuq il-midja soċjali tiegħu li llum ser tkun qed titwettaq wegħda elettorali oħra fir-rigward tal-għoti tad-demm.
Tenna li l-Pride Week għandha sservi mhux biss biex niftakru bi kburija f’dak li ksibna fl-aħħar snin, iżda biex nifhmu ukoll li l-ħidma favur l-ugwaljanza ma tista’ tieqaf qatt.
“Illum se nwettqu wegħda elettorali oħra bi protokolli ġodda għall-għoti tad-demm. B’hekk se jkollna protokolli iktar ġusti li jneħħu kull forma ta’ diskriminazzjoni ma’ persuni LGBTIQ+ fejn il-parametri biex persuna tkun tista’ tagħti d-demm se jkunu ugwali għal kulħadd”, kompla jispjega l-Prim Ministru Robert Abela.
Temm billi qal li r-riformi jibqgħu fuq nett tal-aġenda ta’ dan il-Gvern fejn mhux l-inqas fis-settur tal-ugwaljanza.