Ir-Reżiljenza Tal-Persuni Anzjani F’Dinja Li Qed Tinbidel
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali iddedikat lil persuni anzjani, il-Veterani Laburisti issieħbuma’ għaqdiet madwar id-dinja bil-għan li jkabbru l-għarfien dwar l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni anzjani kif ukoll biex ikun apprezzat aħjar il-kontribut li l-persuni anzjani jagħtu lis-soċjetà.
It-tema magħżula min-Nazzjonijiet Magħquda għal din is-sena hija: ‘Ir-reżiljenza tal-persuni anzjani f’dinja li qed tibidel’. Dan għandu jservi biex ifakkarna fis-sehem importanti, speċjalment tan-nisa anzjani, meta dawn jiffaċċjaw l-isfidi globali u jikkontribwixxu biex jinstabu soluzzjonijiet b’reżiljenza u determinazzjoni.
Fit-tliet snin li għaddew, il-pandemija, l-impatt tat-tibdil fil-klima kif ukoll il-gwerer, ġabu magħhom taqlib kbir u sfidi qawwija ta’ saħħa, qagħda soċjo-ekonomika u l-ambjent madwar id-dinja kollha. Dan it-taqlib seta’ ħalla effetti fiżiċi u emozzjonali fuq il-persuni anzjani minħabba telf fil-familja, l-għoli tal-ħajja, in-nuqqas ta’ kuntatt soċjali u s-solitudni. Dawn l-effetti għadhom sinifikanti, speċjalment fost in-nisa anzjani, minkejja l-ħafna miżuri ta’ għajnuna mill-gvern, minn entijiet governattivi u minn oħrajn.
Biex ikun ċelebrat kif jixraq dan il-jum, il-Veterani Laburisti jħeġġu lil kulħadd ħalli jinstab ftitħin biex wieħed jieqaf jitkellem ma’ xi persuna anzjana.