Jipproponi Lill-Għarusa Tiegħu Waqt Il-Programm Vokali U Strumentali Ta’ Santa Katarina Fiż-Żurrieq
![Jipproponi Lill-Għarusa Tiegħu Waqt Il-Programm Vokali U Strumentali Ta’ Santa Katarina Fiż-Żurrieq](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/09/WhatsApp-Image-2022-09-02-at-12.00.40-PM-850x560.jpeg)
Il-bieraħ, bandist ta’ sorpriża lil kullħadd meta propona lil-għarusa tiegħu waqt il-programm vokali u strumentali li jittella’ kull sena mill-Banda Santa Katarina V.M. waqt il-festa titulari taż-Żurrieq.
Il-proponiment sar waqt il-preżentazzjonijiet li saru fl-istess kunċert, fejn fil-mument miftiehem mal-preżentatur tas-serata, il-bandist Joel falzon Debono issejjaħ minn fuq il-planċier u ippropona lill-għarusa tiegħu Maria Borg. Joel li hu miż-Żurrieq, ilu jagħti s-servizz mal-banda Santa Katarina għal 15 il-sena, u għażel din il-ġurnata speċjali fil-qofol tal-festa sabiex jiproponi lil-għarusa tiegħu.
Nhar il-ħadd li ġej f’nhar il-festa, Joel u Maria ser jgħalqu 10 snin flimkien. Awguri lil-din il-koppja għall-futur tagħhom.