Kien Ġie Onorat Patri Għawdxi…

 Kien Ġie Onorat Patri Għawdxi…

Bħal-lum 13 ta’ Settembru tal-1937, is-Soċjetà tal-Istorja Internazzjonali ta’ Pariġi kienet onorat lil Patri Odorik Grima; Għawdxi li kien imsejjaħ ‘Il-Patri tal-Almanakk’.

Is-Soċjetà kienet għarrfet il-ħidma ta’ Patri Odorik billi ħatritu Membru Onorarju u tagħtu wkoll Midalja tad-Deheb.

Fl-istess jum tal-istess sena, l-Ingilterra u Franza ħabbru li kienu se jibagħtu bejniethom 60 destroyer fil-Mediterran biex iħarsu t-tbaħħir bejn Ġibiltà u Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com