L-Aħħar Jum Tas-Sajf 2022
Is-Sajf għal din is-sena, jintemm illum! Sajf li matulu rajna r-ritorn tal-festi tradizzjonali fil-mod kif nafuhom u mdorrijin bihom. Ir-ritorn ta’ ħafna attivitajiet fil-beraħ, fosthom kunċerti li rajna massa ta’ nies li attendew għalihom. Sajf mimli bir-ritorn ta’ avvenimenti fl-irħula u l-ibliet tagħna, ħaġa li konna nieqsa minnhom minħabba l-pandemija. Sajf ikkarateriżżat minn ħafna safar hekk kif rajna li bosta Maltin u Għawdxin għażlu li jivvjaġġaw għall-vaganzi tagħom…u ħafna aktar!
Is-Sajf 2022 issa jiġi memorja, hekk kif minn għada l-Erbgħa, 21 ta’ Settembru, apparti li f’pajjiżna nfakkru Jum l-Indipendenza, jibda wkoll staġun ġdid; il-ħarifa.
Jidher li anke t-temp ser jurina li nbidel l-istaġun hekk kif hemm previst li mill-Ħamis li ġej u għal tmiem il-ġimgħa li ġejjha ser ikollna jiem ta’ xita u f’xi waqtiet maltemp.
Ħafna jgħidu għall-erwieħ għax is-sħana tibda tbatti u forsi nidħlu f’rutina differenti. Oħrajn jiddispjaċiehom li jispiċċaw in-nofs ta’ nhari għal diversi ħaddiema u tibda l-iskola għal bosta. Iżda żgur li mal-qalba tal-istaġun bosta huma li l-ħajja tagħhom tinbidel skont l-esiġenzi tal-ħarifa.
Ritratt: Arkivji ta’ DOI