L-Iskeda Tal-Ħarifa Fuq F Living Channel Tibda Nhar It-Tnejn 3 Ta’ Ottubru.

 L-Iskeda Tal-Ħarifa Fuq F Living Channel Tibda Nhar It-Tnejn 3 Ta’ Ottubru.

L-istazzjon F Living Channel ħejja skeda ġdida ta programmi għal-istaġun tal-Ħarifa immirati għal-familja kollha.F’dawn l-aħħar surveys li saru mill-Awtorita Tax-Xandir l-istazzjon żied sostanzjalment l-udjenza tiegħu u sar l-aktar stazzjon segwit fil-ħinjiet ta’ wara nofs in-nhar bil-programm ta’ Karl Bonaci F Living Show.

B’dawn ir-rizultati d-direzzjoni ta l-istazzjon ħasbet biex izzid il-programmi fl-iskeda il-ġdida li jkomplu jiġbdu aktar udjenzi.

Mit-Tnejn sal- Ġimgha bejn in-12.30 u 17.00 il-programm F Living Show ta Karl u Romina Bonaci jistieden professjonisti u personalitajiet oħra minn diversi oqsma tal-ħajja li jitkellmu mal-preżentatur u mat-telespetaturi dwar il-qasam taghhom. Fil-programm ma tonqosx il-kċina li l-koppja Bonaci hija tant magħrufa għaliha.Chefs u dulċiera magħrufa se jagħtu s-sehem tagħhom ukoll fil-programm matul il-ġimgħa.

Ismijiet bħal Anton B Dougal,Karmenu Borg Bonaci u Pawlu Fenech (tal-Percius) se jkunu fost il-mistiednin fix-xhur li ġejjin.

Fost il-programmi ġodda għal-Ħarifa insibu il-Mastrudaxxa, ipprezentat minn Godwin Friggieri, u Dur Darek Talk Show ġdid se jkun jismu Viżjoni Soċjali u se jkompli fl-iskeda l-ġdida l-programm Temi Maltin U Ewropej.

Alan Gatt jirritorna bil-programm Esperjenza dwar il-kura tax-xagħar. Filwaqt li l-programm ta’ kuljum Propjeta Minn Wara l-Kwinti jidħol fir-raba’ sena tiegħu fl-iskeda ta’ F Living Channel.Programmi oħra stabbiliti b’tema reliġjuza u li se jkomplu fl-iskeda il-ġdida huma Overcomer’s Voice, Rahamim u Ġesu Fil-Proxxmu. Ta kuljum fil-17.00 F Living Channel ixandar il-quddiesa. Is-sensiela dwar il-festi u l-kultura ‘Fuq it-Tarag taz-Zuntier’’ tkompli tixxandar kull nhar ta Ġimgha u l-Ħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com