L-Uffiċċju Tal-Kummissarju Għat-Tfal Jinsab Imħasseb Dwar Is-Sitwazzjoni Fi Ħdan Il-Kulleġġ San Bert
Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal intqal li l-inċertezza li qed jiffiċċaw it-tfal mhijiex fl-aħjar interess tagħhom. Wara sentejn ta’ tħarbit minħabba l-Covid-19, it-tfal m’għandhomx jitpoġġew f’ sitwazzjoni bħal din, li qed toħloq stress u ansjetà fost it-tfal u l-ġenituri. It-tfal għandhom dritt li jibdew sena skolastika ġdida f’ ambjent seren u akkoljenti.
Għaldaqstant, l-Uffiċċju jħeġġeġ il-partijiet kollha sabiex isibu soluzzjoni minnufih fl-aħjar interess tal-istudenti kollha.