“L-Unika Gvern Li Seraq Il-Maltin U L-Għawdxin Bil-Kontijiet Tal-Enerġija Kien Gvern Nazzjonalista”
“L-uniku Gvern li seraq il-Maltin u l-Għawdxin bil-kontijiet tal-enerġija kien Gvern Nazzjonalista li l-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista tal-lum tgħidx kemm iddefendew tul is-snin. Dak kien il-Gvern li għolla l-kontijiet f’Malta b’iktar minn kemm għolew fil-medja Ewropea, quddiem sfidi li m’huma xejn ħdejn tal-lum.”
Hekk qalet stqarrija mill-Partit Laburista fejn spjegat kif fl-aħħar snin, Gvern Laburista mhux biss raħħas il-kontijiet iżda żammhom stabbli fl-eqqel ta’ pandemija u gwerra fl-Ewropa. Il-PL qal li kontinwament mijiet ta’ miljuni ta’ ewro qed ikunu investiti fil-familji u n-negozji Maltin.
“Ma’ dan l-investiment record, il-Gvern se jindirizza wkoll dak li ħalla l-Partit Nazzjonalista bl-Avviż Legali tal-2009. B’hekk tkun implimentata l-wegħda tal-Budget għal din is-sena.
Bernard Grech u l-Kelliema tiegħu qed jirrepetu l-gideb ta’ Simon Busuttil u fiż-żewġ każi, il-poplu diġà bagħat messaġġ ċar li l-Partit Nazzjonalista tassew mhux kredibbli, inkluż fuq l-enerġija”, temmet tgħid l-istqarrija.