Mark Deguara Jinħatar President Tal-Masters Football Malta

 Mark Deguara Jinħatar President Tal-Masters Football Malta

Mark Deguara min-Naxxar inħatar president tal-Masters Football Malta. Din inbdiet minn Mario Meli fl-2013.

Dan huwa league li jaqa’ taħt il-kappa tal-MFA u huwa għall-plejers li kienu irreġistrati mal-MFA u li għandhom il-fuq minn 35 sena.

Mario kellu jirtira minn president minħabba raġunijiet ta’ saħħa u wera x-xewqa li -President li joħodlu postu jkun Mark Deguara li huwa wkoll jieħu ħsieb lit-tim tan-Naxxar Masters. Mark Deguara aċċetta din il-kariga biex l-league tal-Masters jitkompla u jkompli miexi fuq il-passi u l-viżjoni li kellu Mario Meli.

Il-league jintlagħab fl-Oratorju tal-Mosta kull nhar ta’ Tnejn u nhar t’Erbgħa fejn ikun hemm 2 logħbiet f’kull ġurnata, waħda tibda fis-7 pm u l-oħra fit-8:15 pm. Il-league ser jibda nhar it-Tnejn li ġej 3 t’Ottubru 2022.

Ilbieraħ saret attività b’ringrazzjament tax-xogħol kbir li wettaq Mario Meli u ġie preżentat il-kumitat il-ġdid li huma Mark Deguara (President), Mario Portelli (Viċi President), Donald Scerri (Segretarju) u David L. Grima (Teżorier). Wara saret preżentazzjoni tal-awards. Is-serata saret fil-klabb ta’ Żurrieq Wolves.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com