Parteċipazzjoni Maltija Fil-Karnival Tas-Sajf Ta’ Sqallija

 Parteċipazzjoni Maltija Fil-Karnival Tas-Sajf Ta’ Sqallija
Il-Kumpanija Beqqu Stiefnu Carnival ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fil-Karnival tas-sajf li jsir fi Sqallija. Dan il-Karnival bl-isem ta’ Festa Dei Colori, jsir kull sena u jieħdu sehem fih diversi kumpaniji tal-karnival, Taljani kif ukoll Maltin. Il-kumpanija Beqqu Stiefnu Carnival ħadet sehem għal-ewwel darba din is-sena fejn tellgħu numru sabiħ ta’ 50 persuna li huma helpers u żeffiena.
Il-kumpanija rebħet iż-żifna fil-karnival li għadu kemm sar Malta f’Mejju u għalhekk l-organiżżaturi Taljani ħajru lil din il-kumpanija sabiex jitilgħu Sqallija u jerġgħu jagħtu spettaklu fit-toroq ta’ Sqallija u fil-pjazza li ntramat fiċ-ċentru ta’ Balestrate.
Ghal din l-okkażżjoni il-kumpanija Beqqu Stiefnu Carnival tellgħat ukoll karru żgħir li jirrapreżenta sajjied Malti fuq luzzu bil-ħut f’idejh. Intgħażlet din it-tema għaliex kemm Malta u Sqallija, bħala ġirien tista tgħid, li teżisti l-kultura tal-ikel u s-sajd u s-sajd huwa parti importanti mill-kultura tagħna. Dan il-karru intlaqa’ tajjeb ħafna fejn diversi nies tal-lokal ħadu ħafna ritratti miegħu kif ukoll parteċipanti minn Acireale u Sciacca riedu jkunu jafu t-teknika li ntużat fil-kartapesta.
Għall-kumpanija Beqqu Stiefnu Carnival dan il-proġett kien interessanti ferm u huwa fil-ħsieb tagħhom li jerġgħu jipparteċipaw is-sena d-diehla fejn dan il-karnival ser isir f’Kalabrija fin-naħa t’isfel tal-Italja.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com