‘Passeig Jaume I’ Promenade F’Salou Spanja Isiru Twapet Sbieħ B’Ħafna Fjuri U Materjal Naturali Ieħor

 ‘Passeig Jaume I’ Promenade F’Salou Spanja Isiru Twapet Sbieħ B’Ħafna Fjuri U Materjal Naturali Ieħor
Il-promenade ċentrali tal-kapitali tal-Costa Daurada tilqgha flimkien 150 membru min diversi gruppi li jippratikaw l-arti affimera, li pproduċew 16-il kwadru fuq medda ta’ 250 metru kwadru.

Immaġni sabiħa f’wieħed mis-16-il tapit ipproduca izzimel ta’ l-ibhra Maltin li kien maghzul min diversi artekolisti biex jippromwovu dan l-aveniment internazjonali.

Salou għexet l-ewwel avveniment Internazzjonali dwar l-arti affimera f’laqgħa taħt it-titlu ‘Salou, baħar ta’ fjuri u materjal naturali fuq il-kosta Katalana organizzata mill-Kunsill tal-Belt ta’ Salou, flimkien mal-Federació Catalana d’ Entities Catifaires.

Il-wirja, li żarua eluf kbar ta’ nies, għandha l-parteċipazzjoni ta’ 20 delegazzjoni internazzjonali fosthom l-Assoċjazzjoni Maltija EspressjoniArti u kważi 150 membru, li lbieraħ waranofsinhar għamlu twapet bil-fjuri u materjal ieħor naturali. Malta kienet raprezentata b’ 8 membri tal-Grupp Infjoraturi Gharb. Huma kienu akkumpanjati mis-Sindku David Apap Agius li huwa l-President ta’ l-Assocjazzjoni.

Hafna viżitaturi residenti lokali u eluf ta’ turisti ammiraw it-twapet magħmulin b’eżattezza, sbuħija u kulur sorprendenti. Il-membri tad-diversi gruppi u għaqdiet skambjaw opinjonijiet u tgħallmu l-proċess u t-tekniki differenti użati biex isiru dawn ix-xogħlijiet tal-arti li spiċċaw joffru spettaklu viżiv, kromatiku u innovattiv mill-aqwa ta’ din l-arti effimera prestiġjuża ħafna li hija pprattikat mad-dinja kollha.

Fl-istess ħin, Salou ospita s-Symposium Internazzjonali dwar il-Wirt Kulturali Intanġibbli, li ntemm nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru u kien organizzat mill-Federazzjoni Katalana tal-Catifaires stess, il-konsistorju u l-Koordinatur Internazzjonali tal-Entiats d’Art Ephemera. Is-Sinjura Melanie Ciantar Carrington, kordinatrici tad-
Direttorat tal-Kultura/ Wirt Kulturali Intanġibbli Uffiċċju-Malta kienet ukoll preżenti u hadet sehem f’ dan s-Symposium.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com