Pazjenti B’Kundizzjonijiet Rari Jiksbu Aċċess Aħjar Għat-Terapiji Tradizzjonali Ċiniżi
L-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari f’Malta u ċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża ffirmaw Memorandum of Understanding li permezz tiegħu pazjenti b’mard rari li jgħixu f’Malta se jkunu qed jibbenefikaw minn terapiji offruti miċ-Ċentru.
L-MOU ġie ffirmat minn Michelle Muscat, Fundatriċi u President tal-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ għall-Mard Rari f’Malta u s-Sur Chen Weifang, Direttur taċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża fil-preżenza ta’ l-Ambaxxatur Ċiniż l-Eċċelenza tiegħu is-Sur Yu Dunhai.
Iċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża huwa stituzzjoni medika magħrufa u rispettata li ilha taqdi lill-pazjenti Maltin għal għexieren ta’ snin, b’uħud mill-aqwa speċjalisti mibgħuta direttament f’Malta mill-gvern Ċiniż. Biż-żieda fl-għarfien tal-komunità tal-mard rari, u sabiex jiġu pprovduti aħjar servizzi mediċi konvenjenti, effiċjenti u sikuri lill-pazjenti b’mard rari li jgħixu f’Malta, l-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari f’Malta u ċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża jistennew bil-ħerqa it-tisħiħ ulterjuri tar-rabtiet reċiproċi u l-kooperazzjoni.
L-għarfien u l-aċċess għal dawn it-terapiji se jwasslu għall-kura u standard ta’ għajxien aħjar għall-pazjenti u l-familji tagħhom. Il-Ftehim iffirmat huwa r-riżultat ta’ negozjati bejn iż-żewġ partijiet wara konsultazzjonijiet ta’ ħbiberija u fi spirtu ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni sinċiera.