Persuni Jweġġgħu F’Żewġ Inċidenti Separati Tat-Traffiku
Sewwieq ta’ mutur u raġel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tattraffiku lbieraħ filgħaxija.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta, fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Eġizzjan ta’ 46 sena ntlaqat minn Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tas-sebgħa u kwart, fi Triq Tumas Chetcuti, Ħ’Attard. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Taljan ta’ 21 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Niu N1S, u waqa’.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċident u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.