“Qed Ninsew Li R-Reġina Eliżabetta T-Tieni Mal-Indipendenza Saret Ir-Reġina ta’ Malta” – Stefan Zrinzo Azzopardi

 “Qed Ninsew Li R-Reġina Eliżabetta T-Tieni Mal-Indipendenza Saret Ir-Reġina ta’ Malta” – Stefan Zrinzo Azzopardi
Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Dr Stefan Zrinzo Azzopardi fakkar fatt interessanti marbut mal-kisba tal-Indipendenza li ksibna 58 sena ilu, li donnu qed ninsew.
“Ir-Regina Eliżabetta II dakinhar tal-indipendenza saret ir-Reġina ta’ Malta u għalhekk il-kap tal-istat Malti li kien għadu kif kiseb is-sovranità tiegħu.”
Fakkar li hija kienet rappreżentata minn Gvernatur maħtur minnha; Sir Maurice Dorman u Sir Anthony Mamo.
B’hekk ifisser li r-Regina Eliżabetta baqgħet il-kap tal-istat ta’ Malta sakemm inbidlet il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna u fit-13 ta’ Diċembru 1974 Malta saret Repubblika. Minn hemm beda jinħatar President Malti bħala Kap ta’ Stat bl-ewwel President ikun Sir Anthony Mamo.
Għalhekk wieħed ikompli jistaqsi jekkx ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni li kienet Reġina ta’ Malta u Għawdex, ħaqqhiex monument tassew?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com