Raġel Bi Ġrieħi Serji F’Inċident Tat-Traffiku

 Raġel Bi Ġrieħi Serji F’Inċident Tat-Traffiku

Aktar kmieni llum, għall-ħin tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Dwieli, Raħal il-Ġdid. Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 87 sena residenti Raħal il-Ġdid stess weġġa’ wara li ntlaqat minn mutur Honda li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Isla.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa
ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt mill-arkivji

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com