Raġel Isofri Ġrieħi Gravi F’Inċident F’Għalqa
Illum, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm raġel li sofra xi ġrieħi waqt li kien f’għalqa, fi Triq Għajn Qajjet, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li raġel ta’ 88 sena residenti r-Rabat, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem b’mutur tal-ħart.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.