Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Waqt Li Kien F’Għalqa
Illum, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm raġel li sofra xi ġrieħi waqt li kien f’għalqa, fil-limiti taż-Żewwieqa, Għajnsielem, Għawdex.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li raġel ta’ 72 sena residenti Għajnsielem, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem b’moħriet.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.