Raġel Jitlef Ħajtu F’Għawdex Wara Li Waqa’ Madwar Erba’ Sulari

Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa Triq Damasku, il-Munxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħaddiem ta’ 29 sena residenti l-Munxar stess, waqa’ madwar erba’ sulari f’sit tal-kostruzzjoni.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu iżda sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.