Reunion Ta’ Eks Studenti U Għalliema Tal-Liċeo Vassalli Organizzata B’Suċċess

 Reunion Ta’ Eks Studenti U Għalliema Tal-Liċeo Vassalli Organizzata B’Suċċess

“Kemm kienet sabiħa r-reunion ta’ eks-studenti u għalliema tal-Liċeo Vassalli tal-Ħandaq li organizzajt flimkien ma’ sħabi eks studenti u għalliema tal-istess skola. Attendenza mill-isbaħ fejn spikkat l-atmosfera ta’ ferħ bejn ħbieb antiki li ilhom ma jaraw lil xulxin għal snin twal.”

Hekk kiteb il-Perit Toni Bezzina li hu stess kien student fil-Liċeo Vassalli, Tal-Ħandaq Qormi.  Bezzina rringrazzja lil dawk kollha li għenu fl-organizazzjoni ta’ din l-attività u lil dawk kollha li attendew.

Spikkat l-għaqda bejn dawk li attendew speċjalment bejn politiċi miż-żewġ naħat tal-partiti politiċi, li kienu wkoll studenti f’din l-iskola popolari u ta’ isem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com