Saħħet Bjorn Qiegħda F’Qagħda Kritika

 Saħħet Bjorn Qiegħda F’Qagħda Kritika
Tard il-Ġimgħa filgħaxija, permezz tal-mezzi soċjali, il-ħbieb ta’ Bjorn Formosa, fundatur ta’ ALS Malta qalu li saħħet Bjorn qiegħda f’qagħda kritika.

Illum Bjorn ittieħed jagħmel intervent żgħir sabiex isalvawlu l-kliewi. Skont it-tobba, Bjorn għandu ħafna ġebel kbar li qed jaffetwawh ħafna.

Mhux sitwazzjoni faċli. Rajnieh jaqta’ nifsu u ma setax jitkellem ħafna. Biss qabel ma wasal il-mument biex il-viżitaturi jitilqu qalilna li bih jew mingħajru l-maratona tal-25 ta’ Settembru trid issir. Qalilna li irridu ngħinu ħafna nies. Ma tistax ma tħobbux, tarah f’kundizzjoni kritika u xorta moħħu biex jgħin. inkredibbli imma dak Bjorn. Żommuh fit-talb tagħkom” kitbu l-ħbieb ta’ Bjorn
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com