Stedina Għall-Anzjani Minn Caritas Malta

 Stedina Għall-Anzjani Minn Caritas Malta

L-ewwel ta’ Ottubru jimmarka l-Jum Internazzjonali għall-Anzjani, ġurnata speċjali ferm fejn aktar mis-soltu jiġi ivvalutat is-sehem u l-integrazzjoni tal-persuni anzjani fis-soċjetà. Isiru diversi attivitajiet biex jinħoloq iktar għarfien dwar dak li l-aktar jolqot lill-anzjani b’mod speċjali l-integrazzjoni u sfortunatement l-abbuż. Fost kollox hija ċelebrazzjoni għall-kontribut kbir li taw u għadhom jagħtu fis-soċjetà din il-ġenerazzjoni.

Caritas Malta se tkun qed tistieden lill-anzjani li jgħixu fil-komunità kif ukoll fi djar tal-anzjani biex il-Ħamis 29 ta’ Settembru, fil-10:45 ta’ filgħodu, jattendu ċelebrazzjoni Ewkaristika fl-okkażjoni ta’ dan il-Jum dinji għall-anzjani.

Din se ssir fil-Bażilika ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid, fejn Monsinjur Charles Cordina Vigarju Episkopali għad-Djakonija se jkun qed jiċċelebra dan il-Jum tant speċjali.

L-ET il-President ta’ Malta Dott. George Vella u s-Sinjura tiegħu se jkunu qed jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni flimkien ma’ membri parlamentari u wkoll persuni oħra li jaħdmu qrib f’dan il-qasam.

Caritas Malta tistieden lill-anzjani jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ ferħ. Wara l-quddiesa se jingħata tifkira tal-okkażjoni.

Min jixtieq jattendi iċempel fuq 22199000 biex jirriserva post.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com