”Studja Għax Bħal Dawn Tispiċċa Taħdem” – Ġenitur lil binha
”Sinjura, avolja ma nafx min inti, nixtieq nagħrfek li jiena minn McDonald’s bdejt. Minkejja li s-sapport finanzjarju, emozzjonali u kollox bejniethom minn naħa tal-familja tiegħi fejn tidħol skola dejjem kien hemm u kien kontinwu, ma kontx bħal uħud mill-istudenti l-oħra li jkolli bżonn xi ħaġa u taqa’ mis-sema’ jew ‘insiba wara l-bieb’ allura kelli nfendi għal rasi u naħdem bilfors, irrid jew ma rridx u serraħ rasek, ninsab grata li bdejt minn hemm u li kelli ċans bħal dan. Tagħlimt x’inhu l-valur tal-flus, tagħlimt ngħid le meta ma kellix u mhux nitlob lil tad-dar ħlief jekk mhux għal xi bżonn li ma nistax nagħmel mod ieħor. Mhux ser ngħidlek qatt ma xtrajt xejn żejjed imma tagħlimt nagħżel dak li għandi bżonn u mhux nixtri l-affarijiet kollha li nilmaħ b’għajnejja għax sempliċiment joġgħbuni jew biex inkun bħal ħaddieħor. Għandi affarijiet li ħaddieħor ma għandux u ma għandix affarijiet li ħaddieħor għandu. B’daqshekk? Li kieku ma kinx McDonald’s, kieku ma xtrajtx l-ewwel karozza tiegħi, u wisq anqas kont inġib il-liċenzja, kieku ma kienx McDonald’s ma għamiltx il-kapriċċi kollha li għamilt fi żmien l-iskola, kieku ma kontx insiefer, e, u li kieku ma kienx għal McDonald’s, ma kienx ikolli x’infaddal sabiex inkun nista nwettaq ħafna mill-ħolm li kelli u li għandi. McDonald’s ukoll fetaħli bibien oħrajn li meta mort għal xogħlijiet oħra, kont nitniżżel prijorita’ sempliċiment għax kont naħdem f’qasam li jagħlmek d-dixxiplina u jagħlmek titħarrek saħansitra ġieli anka ġejt eżenti minn taħriġ għax kienu jemmnu li kapaċi nagħmlu migħajr ma nitħarreġ għalih u nistaqsi biss fejn insib diffikulta’, jibnilek reputazzjoni tajba ferm f’kelma waħda.”
Ritratt meħud mill-internet