”Studja Għax Bħal Dawn Tispiċċa Taħdem” – Ġenitur lil binha

 ”Studja Għax Bħal Dawn Tispiċċa Taħdem” – Ġenitur lil binha
Ex impjegata ta’ McDonalds f’Malta, waslet ir-rabja tagħha lejn kliem u ġudizzju bla bżonn li ġenitur użat ma’ binha waqt li kienet f’wieħed mir-ristoranti ta’ McDonalds.
”Qiegħda ġewwa wieħed mir-ristoranti tal-McDonald’s u kien hemm omm ma binha. F’daqqa wil-ħin nismagħha tgħidlu “studja għax bħal dawn tispiċċa taħdem” – Kitbet din l-ex impjegata fuq il-mezzi soċjali
Minn din is-sentenza, l-ex impjegata ta’ McDonalds waslet storja t’ispirazzjoni u ta’ kif kibret bħala persuna fil-ħajja tagħha

”Sinjura, avolja ma nafx min inti, nixtieq nagħrfek li jiena minn McDonald’s bdejt. Minkejja li s-sapport finanzjarju, emozzjonali u kollox bejniethom minn naħa tal-familja tiegħi fejn tidħol skola dejjem kien hemm u kien kontinwu, ma kontx bħal uħud mill-istudenti l-oħra li jkolli bżonn xi ħaġa u taqa’ mis-sema’ jew ‘insiba wara l-bieb’ allura kelli nfendi għal rasi u naħdem bilfors, irrid jew ma rridx u serraħ rasek, ninsab grata li bdejt minn hemm u li kelli ċans bħal dan. Tagħlimt x’inhu l-valur tal-flus, tagħlimt ngħid le meta ma kellix u mhux nitlob lil tad-dar ħlief jekk mhux għal xi bżonn li ma nistax nagħmel mod ieħor. Mhux ser ngħidlek qatt ma xtrajt xejn żejjed imma tagħlimt nagħżel dak li għandi bżonn u mhux nixtri l-affarijiet kollha li nilmaħ b’għajnejja għax sempliċiment joġgħbuni jew biex inkun bħal ħaddieħor. Għandi affarijiet li ħaddieħor ma għandux u ma għandix affarijiet li ħaddieħor għandu. B’daqshekk? Li kieku ma kinx McDonald’s, kieku ma xtrajtx l-ewwel karozza tiegħi, u wisq anqas kont inġib il-liċenzja, kieku ma kienx McDonald’s ma għamiltx il-kapriċċi kollha li għamilt fi żmien l-iskola, kieku ma kontx insiefer, e, u li kieku ma kienx għal McDonald’s, ma kienx ikolli x’infaddal sabiex inkun nista nwettaq ħafna mill-ħolm li kelli u li għandi. McDonald’s ukoll fetaħli bibien oħrajn li meta mort għal xogħlijiet oħra, kont nitniżżel prijorita’ sempliċiment għax kont naħdem f’qasam li jagħlmek d-dixxiplina u jagħlmek titħarrek saħansitra ġieli anka ġejt eżenti minn taħriġ għax kienu jemmnu li kapaċi nagħmlu migħajr ma nitħarreġ għalih u nistaqsi biss fejn insib diffikulta’, jibnilek reputazzjoni tajba ferm f’kelma waħda.”

L-Ex impjegata kompliet billi kitbet dwar ħajjietha llum u kkonkludiet b’messaġġ lilhinn mill-ġudizzju li forsi nagħmlu.
”Sinjura, llum għandi Degree li forsi ma jrendlix kemm nixtieq imma jrendili sodisfazzjon li jegħleb kollox, almenu s’issa. Iva, llum għandi Degree bħal ħafna oħrajn li kienu bdew miegħi jew qabli l-McDonald’s, u qed ngħidha bl-ebda ftaħir, anzi wisq probabli għad hawn ħafna nies li lanqas biss jafu li jiena gradwata. Min jafni, jaf sew li ma tantx niftaħar b’rixi lanqas meta jkolli għalfejn.
L-futur ma jafu ħadd pero’, sinjura, j’Alla ibnek jasal fejn wasalna u għad irridu naslu jien u l-kollegi tiegħi kollha li bdejna mill-McDonald’s.”

Ritratt meħud mill-internet

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com