Tensjoni Fost Ir-Russi Hekk Kif Putin Jitlob Li Eluf Se Jkollhom Jingħaqdu Mat-Truppi
Fir-Russja speċjalment f’Moska, inħolqot kommossjoni kbira b’riżultat ta’ tensjoni li qed teskala hekk kif il-President Vladimir Putin ħabbar li l-Kremlin iddeċieda li jsejjaħ eluf ta’ ċittadini biex jingħaqdu fil-ġlieda kontra l-Ukrajna.
Il-Pulizija Russa arrestaw ‘il fuq minn 1,300 persuna; numru li qed jitqies akbar mill-arresti li kienu saru f’St. Petersburg u f’Moska.
Jidher ukoll li t-tijiriet biex ċittadini joħorġu mir-Russja nbiegħu f’kemm trodd salib mat-tħabbira ta’ Putin.