The Kolors Għall-Ewwel Darba f’Malta Waqt Notte Bianca!! 

 The Kolors Għall-Ewwel Darba f’Malta Waqt Notte Bianca!! 

Jekk tħobb issegwi s-serje tat-TV Taljana ‘Amici di Maria de Filippi’, jew int dilettant tal-mużika Taljana inġenerali, in-Notte Bianca ta’ din is-sena ŻGUR ma għandekx titlifha!!

Ir-rebbieħa ta’ Amici fl-2015 u tal-Italian MTV Music Awards, The Kolors, magħmula minn Stash Fiordispino, Alex Fiordispino u Daniele Mona ser jiġu Malta għall-ewwel darba u se jdoqqu uħud mill-hits popolari tagħhom. Żgur smajtu bid-diska ‘Everytime’, li għamlet success kbir fl-2015, jew id-diska ‘Pensare Male’ li rrekordjaw flimkien ma’ Elodie li ukoll kienet ta’ success fl-2019 tant li kklassifikat bħala l-iktar diska Taljana li ndaqqet fuq ir-radji fl-istess sena.

The Kolors ser jdoqqu fi Pjazza San Ġorġ fil-10:45pm, u qabilhom ser ikun hemm Klinsmann, kif ukoll The Mel Collective ft. Matthew James u Karin D, li żgur ser joffru spettaklu mill-aqwa  u divertiment garantit.

Notte Bianca dis-sena ser tkun qed tiċċelebra ħmistax -il sena mit-tnedija u wara sentejn nuqqas minħabba l-pandemija Festivals Malta ħa ħsieb li jkun hemm xi ħaġa għal kulħadd kif tixhed it-tagline ta’ din is-sena – Anything you want, you got it!

7 palkijiet, iktar minn 50 attivita, 7 rotot differenti f’lejla waħda fil-Belt Valletta.  Notte Bianca, fl-1 ta’ Ottubru 2022, mis-7pm ’l quddiem!!

Żuru is-sit www.festivals.mt/nb għal iktar informazzjoni, inkluż il-programm sħiħ bid-dettalji ta’ kull attivita. Narawkom hemm!!  

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com