Tifel Ta’ 7 Snin Jintlaqat Minn Mutur F’Marsaxlokk

 Tifel Ta’ 7 Snin Jintlaqat Minn Mutur F’Marsaxlokk

Tifel ta’ 7 snin, għal xi s-sitta neqsin kwart tal-bieraħ filgħaxija, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Bir Rikka, Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li t-tifel intlaqat minn mutur tal-għamla Daelim, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Marsaxlokk.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com