Waslet Il-Festa Ta’ San Mikiel Arkanġlu – Il-Kappella Tinfetaħ Darba Fis-Sena Biss
Il-kappella ddedikata lil San Mikiel Arkanġlu fl-Iklin, li tinsab qalb l-għelieqi f’nofs it-telgħa li tagħti għan-Naxxar, tkun miftuħa għall-pubbliku darba fis-sena biss: fil-jum tal-festa. Dan għaliex il-kappella tinsab biswit il-kumpless tan-nar ta’ Ħal Lija msemmi wkoll għal San Mikiel. Il-Kappella fiha artal wieħed tal-ġebel u fuqu fi gwarniċ tal-ġebel skolpit hemm pittura sabiħa li turi lil San Mikiel b’xabla f’idejh, u lix-xitan taħtu marbut b’katina.
Il-festa tiġi ċċelebrata wara li tkun għaddiet il-festa tas-Salvatur u l-festi l-oħra li għalihom jinħadem nar minn dan il-kumpless u għalhekk bħalissa fil-kamra tan-nar ta’ San Mikiel ma jkunx hemm xogħol pirotekniku.
Il-festa se tkun iċċelebrata fi tmiem din il-ġimgħa u wara l-quddies annwali ssir fiera b’logħob għat-tfal u divertiment għall-familja kollha. Tieħu sehem il-Banda San Pio X permess ta’ marci. Kif mistenni, mill-inħawi jinħaraq logħob tan-nar tal-art u tal-ajru.
FESTA SAN MIKIEL 2022 – Weekend ta’ Attivitajiet!
IS-SIBT 24 TA SETTEMBRU – GET TOGETHER –Ikel, Xorb, Divertimet, 8pm Il-quddiem biswit il-kappella ta’ San Mikiel
IL-HADD 25 TA SETTEMBRU – FESTA TA’ SAN MIKIEL U FIERA TRADIZZJONALI
⏰ 5.30pm – Quddiesa fil-Kappella ta’ San Mikiel
⏰ 6.30pm – Ħruq ta’ Murtaletti
⏰ 7.00pm – Fiera Tradizzjonali biswit il-kappella ta’ San Mikiel
🎆 Jinħaraq logħob tan-nar u Nar tal-art fi tmiem il-fiera.