X’ Se Nkunu Qed Naraw U Nisimgħu Dwar Il-Belt Valletta?

 X’ Se Nkunu Qed Naraw U Nisimgħu Dwar Il-Belt Valletta?

Fuq il-midja soċjali tiegħu, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef tana x’nifhmu li se naraw u nisimgħu kanzunetta ġdida b’dedikazzjoni għall-Belt Kapitali Maltija, Valletta.

“Il-Belt Valletta – Wara xhur ta’ ħsieb u ppjanar, tlestew il-kanzunetta u l-ġbid ta’ vidjo mużikali apposta ddedikati għall-Belt Valletta, il-kapitali ta’ pajjiżna. Dalwaqt, it-tnedija fil-Belt Valletta”

Jidher ukoll li dalwaqt se tkun qed titnieda. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta taħdem qatiegħ favur l-għarfien dwar il-ġawhra Kapitali Maltija Valletta, tgħin fit-tisħiħ kulturali, tippromwovi l-istorjau tinkoraġixxi kif ukoll toħloq avvenimenti kbar li llum ilkoll nafu bihom.

Dan apparti innovazzjoni minn sena għall-oħra tal-mod kif jsiru l-attivitajiet dejjem bil-għan li l-Belt Valletta tkompli tkun iċ-ċentru t’attrazzjoni prinċipali għal min jiġi jżurna, kif ukoll għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com