Żewġ Kilo Ħut Għal Clayton Camilleri F’Sajda F’Manoel Island
Jum l-Indipendenza. It-tmiem tas-Sajf u l-bidu tal-Ħarifa u Clayton Camilleri jirbaħ is-Singles Match b’marġni żgħira, Sajda Numru 3. Is-Sajda din id-darba saret f’Manoel Island, grazzi lill-Midi Plc.
Kienet sajda fejn differenza ta’ biss ftit gmammi sseparat ir-rebbieħ minn dak tat-tieni post. Clayton Camilleri kellu l-akbar qabda, fejn kiseb l-ewwel post b’1.970 kilo, segwit mill-viċin minn Scott Farrugia b’ qabda ta’ 1.846kgs. It-tielet post mar għand Alex Koukias b’1.696 kilo.
‘Catch and Release’ kien ipprattikat, skont il-Policy tal-Club, bil-ħut kollu jerġa’ lura l-baħar wara l-użin. Meta issa fadal żewġ sajdiet, Fortune Calafato jibqa’ l-‘overall leader’ wara s-sajdiet impressjonanti tiegħu s’issa.
Is-Sajda tas-Singles li jmiss tkun ta’ qabel tal-aħħar, u ssir fit-2 ta’ Ottubru.